"Kburija Bik Għażiż Missier" – Leontine Wara Li Missierha Jitkellem Dwar Il-Kundizzjoni Tal-Epilessija

Missier il-kantanta Leontine tkellem mal-paġna The People of Malta fejn qasam l-esperjenza tiegħu dwar il-kundizzjoni tal-Epilessija. Hu jistqarr li din id-diżabbilità ma tidhirx.

Missier il-kantanta jistqarr, “jiena persuna li għandi l-kundizzjoni tal-epilessija. Ngħix ħajja normali u jekk tarani ma tindunax li għandi din il-kundizzjoni. L-epilessija hija disturb newroloġiku li jaffettwa l-moħħ.”





Hu jitkellem kif din il-kundizzjoni, indirettament affetwat lill-familja tiegħu, inkluż lil bintu Leontine. Hu jistqarr, “Meta tax-xogħol saru jafu li jien persuna li għandi l-epilessija, waqqfuni. Ma qalulix li waqqfuni minħabba f’hekk. U ta’ 45 sena, spiċċajt bla xogħol, nirreġistra. Dak iż-żmien kelli t-tifla għadha dieħla l-Università. Ma kienx żmien faċli għall-familja. Imma sibt sapport enormi mill-familja u mill-grupp tal-Caritas Malta Epilepsy Association.”

Hu jieħu ċ-ċans sabiex jeduka wkoll lin-nies, “Kull fejn immur, miegħi inġorr brazzuletta li fiha hemm il-medikazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kundizzjoni tiegħi. Fuqi jkolli wkoll cards li juru x’jista’ jsir f’każ li lili tagħtini aċċessjoni.”

Ilbieraħ kien il-jum dinji dedikat għall-epilessija u probabbli lmaħtu binjiet importanti f’Malta mixgħula vjola. Leontine qasmet din il-post ta’ missierha u kitbet il-kliem, “kburija bik għażiż missier.”

Facebook / Leontine Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI