Keith Demicoli, Claire Agius Ordway, Lara Azzopardi u Sarah-Lee Zammit tista’ tgħid m’għandhom bżonn ebda introduzzjoni u l-fatt li ħa jkunu qegħdin f’dan il-proġett flimkien, ħa jagħmel dan il-proġett aktar u aktar interessanti.
Probabbli qed tistaqsu fuq xiex qed nitkellmu eżatt! Dawn l-erba’ personalitajiet lokali ħa jkunu uffiċjalment il-preżentaturi ta’ Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ħa jixxandar fuq tliet serati f’Marzu li ġej. Eżattament fit-18, 19 u 20 ta’ Marzu bi spettaklu live fuq TVM fid-21:00.
Aħna ta’ Gwida, kellna ċ-ċans li nieħdulhom kumment qasir waqt li kienu qed jieħdu xi ritratti relatati ma’ dan il-festival prestiġġjuż li permezz tiegħu ħa niskopru 20 ġawhra, 20 kanzunetta mill-aqwa. Araw x’kellhom jgħidulna.
Għal aktar informazzjoni fuq Mużika Mużika idħlu fuq il-paġna ta’ Facebook HAWN, fuq instagram HAWN jew żuru s-sit tagħhom HAWN.
iCam