Bosta qed isellmu l-memorja ta’ Shaun Coppola li tilef ħajtu ftit sigħat ilu f’inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
Shaun, li kien għad kellu biss 35 sena, kien maħbub minn bosta tant li l-mezzi soċjali malajr sabu rwieħhom iddominati b’persuni li esprimew is-sogħba tagħhom għal din l-aħbar u stqarru li tħallew maħsudin.
“Illum il-Fgura tilfet wieħed minn uliedha,” saħqet persuna li ġiet segwita minn bosta oħrajn li lkoll qasmu d-dispjaċir tagħhom li Shaun kellu jħalli din id-dinja t’età hekk żgħira.
Oħrajn semmew ukoll “il-qalb tad-deheb” li kellu Shaun kif ukoll il-passjoni li kellu għall-muturi.
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb ta’ Shaun.
Strieħ fis-sliem, Shaun!
Ritratti: Facebook / Paul Said u Kleaven Kyra Kelly