Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, Malcolm Paul Agius Galea, kiteb dwar żjara sabiħa lil anzjani li llum ukoll jistħoqilhom awgurju f’Jum il-Missier.
“Għall-okkażjoni speċjali ta’ Jum il-Missier, kelli l-pjaċir inżur grupp sabiħ ta’ missirijiet li jgħixu ġewwa St Vincent de Paul. F’mumenti sempliċi, qsamna tbissima, kliem ta’ kuraġġ u rikonoxximent għall-valur kbir li dawn l-irġiel għamlu, u għadhom jagħmlu fis-soċjetà tagħna,” jikteb Malcolm Paul.
Xerred ritratti li juru mumenti sbieħ minn din iż-żjara.