L-artist lokali Janvil kellu l-opportunità inkredibbli li jiltaqa’ ma’ żewġt artisti tewmin li jammira ħafna, jisimhom Laurent u Larry Bourgeois. Dan ġara waqt kunċert tal-Cowboy Carter Tour, organizzat mill-kantanta magħrufa madwar id-dinja kollha Beyonce.
Janvil kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram, “Oqrosni jekk jogħġbok ħa nikkonferma li għadni ħaj! Kelli l-pjaċir li niltaqa’ mal-artisti umli u tal-ġenn, Laurent u Larry Bourgeois. Kien lejl fantastiku u inkredibbli, nisma’ mużika fantastika ma’ nies li qed iħallu tant impatt kbir fid-dinja tal-mużika. Narakom darb’ oħra fuq il-Cowboy Carter Tour ‘25”.
Żgur se tkun ġurnata li se tibqa’ mnaqqxa f’qalbu għal dejjem, għaliex mhix xi ħaġa ta’ kuljum li tiltaqa’ b’mod personali ma’ artist li tammira ħafna!
View this post on Instagram
Instagram / @janvilofficial