Sigħat wara li ħarġet l-aħbar li binha ta’ sitt snin tilef ħajtu wara li nstab mgħarraq, omm Zaylen qed tissokta taqsam iżjed memorja ta’ binha.
Fost oħrajn hi tfakkar l-aħħar ċelebrazzjoni li kienet għamlet ma’ binha Zalyen għal għeluq sninu meta dan għalaq sitt snin.
“Għażiż ibni, kif se nkompli ngħix mingħajrek?” tistaqsi Francesca, omm Zaylen, imnikkta li tistqarr li b’din il-firda tilfet biċċa minnha.
Strieħ fis-sliem, Zaylen!
Ritratti: Facebook / Francesca Borg