Illum reġgħu instabu 187 każ ġdid ta’ Covid-19 u bħalissa hawn 2,831 każ attiv. Il-Każijiet qed jitilgħu b’rata mgħaġġla ħafna. Il-ġurnalist Gerald Fenech ftit sigħat ilu ħabbar li fl-2021 minn mindu fetħet l-iskola, instabu aktar minn 60 każ ta’ Covid-19 fl-istudenti. Meta student jistab pożittiv, il-klassi kollha jkollha toqgħod fi kwarantina mandatorja bhala prewkazzjoni.
Meta kienet qed tiġi diskussa l-ftuħ tal-iskejjel għal din is-sena, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci kienet qalet, “Meta inti jkollok l-iskola għaddeja din tkun qed tikontribwixxi għal nuqqas ta’ każijiet ta’ komunità għax l-azzjoni tan-nies meta jkollok it-tfal l-iskola ikollha tgħin biex jonqsu l-avvenimenti”. Tista’ tara l-filmat tagħha HAWN.