Is-segwaċi kollha ta’ Min Imissu? jafu li t-tim wara l-programm popolari s-sena li għaddiet tella’ spettaklu fuq il-palk ġewwa l-Università ta’ Malta. Spettaklu li niżel tajjeb ma’ dawk kollha li attendew għalih.
Matthew Sant Sultana, wieħed mill-attur magħruf għall-parti tiegħu tal-Lajf qasam memorja fuq Facebook. Matthew kiteb, “Bħal dan iż-żmien sena konna għadna kif lestejna x-Xow ta’ Min Imissu? fuq il-palk. X’memorji, x’nostalġija… L-għaqda ta’ bejnietna tidher hemm fuq.”
Hu jżid, “Minn wara l-kwinti nagħtu l-kuraġġ lil xulxin, ngħaddu l-linji u dak id-daqsxejn ta’ motivational speech ma jonqosx! Noħorġu hemm barra lesti biex li l-udjenza tieħu t-tbissima, ferħ u aktar milli tkun ħalset. Dak l-għan tagħna. Kemm nimmissjah imma għalissa jibqgħu biss memorji… forsi daqt… forsi…”
Nittamaw li t-truppa ta’ Min Imissu? ma ddumx ma tirritorna lura kemm fuq il-palk u kemm fuq it-televiżjoni. Bħal ma huma jimmisjaw dawn iż-żminijiet, anke l-udjenza tħoss in-nuqqas tagħhom.
Facebook / Matthew Sant Sultana