"Kieku Kellha L-Għażla, Ommi Kienet Tagħmel L-Ewtanasja" – Evelyn Saliba LaRosa

Evelyn tistqarr li ommha mardet l-ewwel bid-dementia u ftit tax-xhur ilu skoprew li ommha kellha wkoll kanċer, kanċer aggressiv ħafna. Huma skoprew b’dan f’Awwissu. Hi tistqarrr li l-kelma terminali kienet kelma li qatt ma bassret li ħa tisma’ dwar ommha.

Evelyn tistqarr li ħuha kien qallha li ma jixtieqx li jara lil ommu tbati, iżda hi ma kinitx ċerta għaliex ħuha qed jgħid dan. Evelyn tistqarr li ħuha bħal donnu kien jaf x’ħa jiġri iżda għaliha din kienet realtà ġdida!

Hi tgħid li ommha daħlet l-isptar fil-31 ta’ Ottubru u minn dakinhar ma rawhiex aktar minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Evelyn tgħid, “Għamlet l-agħar xahrejn ta’ ħajjitha” u tistqarr li tħossha ħatja li ħallietha tgħaddi minn dawk ix-xahrejn ta’ tbatija.

L-aħħar ġimgħa kienet l-agħar waħda. Hi tistqarr li ommha minn għajnejha kienet qed tgħidilha, “għalfejn qed tħallini ngħaddi minnha” u tgħid li kieku setgħet kienet twaqqfilha ħajjitha hi.

Segwu l-intervista hawn taħt!





Facebook / Evelyn Saliba LaRosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI