Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha, omm il-kantanta lokali Samira Cauchi, parti mid-duo Bloodline. Hi kitbitilha messaġġ mill-isbaħ biex tawguralha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.
Hi tikteb, “Mama, oh minn fejn nibda! Illum għeluq sninek, niċċelebraw sena oħra tiegħek. Kemm aħna xxurtjati! Kemm jien xxurtjata li nista’ nsejjaħlek ommi u ngħid dan bi kburija ma’ dawk ta’ madwari.”
Hi tkompli, “Kieku kellna nibdew ħajja oħra u jkolli nagħżel omm, nagħżlek u nerġa’ nagħżlek għal darb’oħra. Dejjem miegħi, fiż-żminijiet tajbin u anke f’dawk diffiċli. Int dejjem tara li nkun kuntenta u tbissima ma tonqosx minn fuq wiċċi. Inti s-sabar tiegħi, id-dmugħ tiegħi, u d-daħk tiegħi.”
Samira żżid, “Ma kinitx sena faċli għalik, imma nittama li l-bqija tas-sena tkun waħda mill-isbaħ u li jkollok għeluq sninek mill-aqwa għat-56 tiegħek. Inħobbok bla tarf u nittama li taf kemm napprezzak u kemm int għal qalbi. Happy birthday, mama! Int jixraqlek l-imħabba u l-hena kollha tad-dinja.”
Facebook / Samira Cauchi