"Kieku Ma Kinux Dawn Il-Pulizija, Kont NIbqa' Aktar Sigħat Ninkwieta Kif Ser Nirritorna D-Dar" – Utent

Il-Pulizija jagħmlu ħafna ġid fis-soċjetà u ftit minn dawk in-nies li jgħinu jirrikoru fuq il-mezzi soċjali biex jagħtu ġieħ mistħoqq lil dawn il-Pulizija. Fost dawn kien hemm dan l-utent li kiteb messaġġ pubbliku fuq żewġ “anġli” li kienu pulizija, WPS Daniela Micallef u PC Ian Terrible.

Din il-persuna kienet qiegħda ipparkjata ġo parkeġġ privat mingħajr ma ndunat. “Ħsibt li l-Car Park kien tal-lukanda peress li kien miftuħ, mingħajr ebda tabella” tikteb din il-persuna. Ġara li xħin ġiet biex tirritorna għal karozza, sabet rixtellu li ma ħallijiex toħroġ.

“Meta raw li ma kelli l-ebda tort, dawn il-pulizija baqgħu jassistuni sal-aħħar, sakemm irnexxielu noħroġ il-karozza. Kieku ma kinux dawn il-pulizija, kont nibqa’ għal aktar sigħat ninkwieta kif ser nirritorna d-dar” tgħid din il-persuna.

Grazzi lil Pulzija li jkunu dejjem hemm!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI