“Kieku Nista’ Nagħtik L-Akbar Rigal, Kont Nagħtik Ħajtek Lura” – Isabelle Bonnici Lil Binha Jean Paul

Illum, 13 ta’ Awwissu huwa jum partikolarment emozzjonanti għal Isabelle Bonnici, hekk kif huwa għeluq snin binha Jean Paul Sofia.

Ilbieraħ, Isabelle kitbet messaġġ lil  binha, fejn kitbet, “Għada għeluq sninek, sabiħ tiegħi.” Hija fissret kif din hija r-raba’ sena mingħajru. “Kliem m’hemmx biex jispjega kemm nimmissjak, kemm inħoss in-nuqqas tiegħek,” żiedet tgħid Isabelle, filwaqt li esprimiet ix-xewqa li tkun tista’ għal darba oħra tara wiċċ binha, tisma’ leħnu u tgħannqu magħha.

Hija kompliet billi fissret li Jean Paul kien u jibqa’ parti minnha, filwaqt li saħqet li l-imħabba ta’ omm għal binha ma tintemm qatt. Fost il-kliem sentimentali tagħha, Isabelle kitbet, “Kieku nista’ nagħtik l-akbar rigal, kont nagħtik il-ħajja tiegħek lura.” Hija għamlet referenza wkoll għan-numru 138, marbut mad-data tat-twelid ta’ Jean Paul, 13/8, li llum huwa wkoll helpline maħsub biex joffri għajnuna f’każ ta’ bżonn fis-settur tal-kostruzzjoni.

Isabelle temmet il-messaġġ tagħha bil-kliem, “Inħobbok illum, għada u għal dejjem. Għal dejjem ibni.”

Ritratti:

Facebook/ Isabelle Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI