"Kieku Nista' Ndawwar Il-Ħin U Nara Lili Nnifsi Ta' 12-Il Sena Ntajjar Il-Joint Tal-Kannabis Minn Idi" – Aidan

Aidan isemmi kif il-vizzju tad-droga wasslu sabiex jaħli ħafna żmien minn ħajtu u jikkawża ħafna wġigħ lil dawk qrib tiegħu.

Hu jistqarr li kieku jista' jkellem lilu nnifsu ta' 12-il sena jmur quddiemu u jtajjarlu "l-joint tal-kannabis minn idu".

"Għalija l-Caritas tfisser il-familja tiegħi," stqarr Aidan fejn tkellem dwar l-għajnuna li ngħata sabiex seta' jegħleb il-vizzju tad-droga.

Dan hekk kif Caritas mistennija jagħmlu maratona ġbir ta' fondi proprju fl-1 ta' Novembru sabiex oħrajn bil-vizzju tad-droga jkunu jistgħu jiġu megħjuna.

Prosit tassew!

Facebook / Caritas Malta u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI