Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Clifford Galea kiteb kelmtejn dwar l-użu tal-mezzi soċjali fejn qal fost l-oħrajn li jekk nużawhom biex nelevaw iżjed lil xulxin u nużawhom aktar f’dawl pożittiv, l-affarijiet ikunu ħafna aħjar.
Hu qal, “Kieku nużaw il-mezzi soċjali biex nelevaw iżjed lil xulxin, ma jkunx hawn poplu bħalna. Jien nemmen li aħna nies twajba. Niżbaljaw bħal kull min jieħu n-nifs fuq din l-art, imma m’aħniex nies ħżiena. Messaġġi sbieħ iferħu. Anke fl-iżjed kitbiet sempliċi. Mhux qed ngħid ma nwasslux il-messaġġi li għandna nwasslu u ma nikkritikawx, imma lkoll nafu, li għandna bżonn iżjed ferħ f’ħajjitna.”
Kompla billi żied jgħid, “Nieħu l-opportunità nirringrazzjakom ta’ kemm tajtuni kuraġġ fuq il-kitba li ktibt ftit jiem ilu. Inħoss l-imħabba tagħkom u dan itini kuraġġ biex fejn nista’ ngħin. Meta l-affarijiet tad-dinja jispiċċaw, nitlob lilek Mulej, li qalbi tibqali hemm u xejn iżjed. Isa l-aħwa! Ejjew veru nħobbu iżjed lil xulxin. Ma nieħdu xejn min-negattiv imma nirbħu ħafna bil-ġenwinità u l-umiltà. Int għażiż poplu Malti, kapaċi tkun iżjed ferrieħi u ta’ kompassjoni.”
Facebook/Clifford Galea