“Kieku Xi Ħadd Qalli Li Din Kienet Se Tkun L-Istorja Tiegħi Meta Kelli 11-Il Sena Qatt Ma Kont Nemmen.” – Gaia Cauchi

Il-kantanta lokali, Gaia Cauchi, li kienet l-ewwel Maltija li rebħet il-Junior Eurovision Song Contest, qed tgħix kapitlu speċjali fil-vjaġġ tagħha, hekk kif illum se tkun qed tippreżenta din il-kompetizzjoni f’Malta, 12-il sena wara r-rebħa tagħha.

F’messaġġ mimli emozzjoni, Gaia stqarret li kieku xi ħadd qal lit-tifla ta’ 11-il sena li kienet li xi darba kienet se tasal sa dan il-punt, qatt ma kienet temmen.Hija rringrazzjat ukoll lill-kopreżentaturi tagħha, lit-tim li dejjem kien magħha u lil dawk kollha li tawha l-appoġġ tagħhom tul dan il-vjaġġ. Wara sigħat twal ta’ provi, xogħol u daħk, wasal il-mument li tant kienu qed jistennew.

Gaia kellha wkoll messaġġ speċjali għal Beppe Caruana, li minn meta kienet il-kowċ tiegħu fuq The Voice Malta, issa qed tarah jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision. Hija qaltlu kemm hi kburija bih u fakkritu biex igawdi kull sekonda, għax il-mumenti jgħaddu malajr, iżda l-memorji jibqgħu għal dejjem.

Ħolma li bdiet meta kienet għadha tifla u llum qed tagħlaq ċirku sabiħ, għax Gaia qed tagħti lura lill-kompetizzjoni li bidlitilha ħajjitha.

Ritratt:

Facebook/Gaia Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI