Dylan Agius, l-eks rebbieħ ta' Liquorish tal-2020, qasam messaġġ mill-qalb lil Ann fl-okkażjoni ta’ sitt snin flimkien, fejn esprima kemm iħossu xxurtjat li qed jaqsam ħajtu magħha.
F’messaġġ mimli emozzjoni, Dylan fakkar kif dawn is-snin ma kinux magħmula biss minn mumenti sbieħ, iżda wkoll minn sfidi, dmugħ u esperjenzi li għallmuhom ħafna. Madankollu, kien proprju dan kollu li għenhom jibnu relazzjoni aktar b’saħħitha, mibnija fuq l-imħabba u l-appoġġ reċiproku.
Illum, hekk kif qed jgħixu kapitlu ġdid bħala ġenituri, Dylan irid jirringrazzja lil Ann għas-sagrifiċċji kollha li tagħmel, biex iżżomm ħajja din l-imħabba u għall-mod kif tibqa’ tagħti kollox għall-familja tagħhom. Ma naqasx milli jesprimi kemm huwa kburi biha, filwaqt li ddeskriviha bħala mara mimlija enerġija, ispirazzjoni u talent.
It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jawguralhom l-isbaħ xewqat, kif ukoll jittama li jkollkom aktar snin ta' mħabba, kuntentizza u saħħa!
Facebook/Dylan Agius (The Mad Tatter)