Il-ħidma b’risq il-komunità tħalli marka li tibqa’ ħajja fil-qlub tan-nies. Huwa proprju f’dan l-ispirtu, li Patri Mark Montebello OP ġie rikonoxxut b’Ġieħ il-Kottonera,.
L-aħbar ingħatat mill-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata fil-Birgu, li feraħ lil Patri Mark għal dan ir-rikonoxximent tant sabiħ. Il-kontribut tiegħu, kien partikolarment marbut mal-qasam soċjali, edukattiv u umanitarju - oqsma li fihom il-ħidma favur il-bniedem tista’ tagħmel differenza vera, fil-ħajja ta’ ħafna.
Patri Mark, kien ukoll membru tal-komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu, u din l-aħbar hija wkoll mument ta’ ferħ għal dawk li qasmu miegħu din il-mixja. Dan ir-rikonoxximent ifakkarna li l-valur ta’ persuna ma jitkejjilx biss b’dak li tikseb għaliha nnifisha, iżda wkoll b’dak li tagħti lill-oħrajn. Il-ħidma b’risq il-komunità, speċjalment meta tkun immexxija mill-umanità u s-solidarjetà, tħalli wirt li jibqa’ jinħass għal snin twal.
It-Tim ta' Gwida.mt, ukoll jifiraħ lil Patri Mark Montebello għal dan l-unur mistħoqq u jawguralu biex ikompli jkun ta’ ġid għal dawk ta’ madwaru.
Facebook/Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Brigu