Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Neptunes WPSC ħabbru telfa għall-klabb tagħhom. Dan hekk kif sfortunatament ħalla din id-dinja Alex Stelllini, li kien membru leali tagħhom u anke eks plejer fost l-oħrajn.
“B’sogħba kbira l-familja ta’ Neptunes WPSC iġġarrab il-mewt ta’ Alex Stellini — membru leali tal-klabb, eks plejer, membru tal-kumitat li ilu żmien twil jilgħab, u l-aktar importanti, ġentlom ta’ veru.”
Fil-messaġġ huma jkomplu, “Alex kien aktar minn sempliċi parti mill-istorja tal-klabb tagħna — kien pilastru tal-komunità tagħna. L-appoġġ sod tiegħu, is-saħħa silenzjuża, u l-preżenza dinjituża tiegħu nħassu…”
Jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lil martu l-għażiża JoAnna, u lil uliedu Gianfranco, Michele, u Roberta Stellini, li kollha jappoġġjaw lill-familja ta’ Neptunes.
“In-nuqqas ta’ Alex ser jinħass ħafna, hu ser jibqa’ mfakkar b’għożża, u dejjem onorat. Strieħ fis-sliem, Alex,” jiktbu fl-aħħar tal-messaġġ.
Strieħ fis-sliem Alex. It-tim ta’ Gwida.mt isellem il-memorja tiegħu u jagħti l-kondoljanzi mill-qalb.