Nhar is-Sibt li għadda tħabbret il-mewt ta’ Benny Grech Pillow, li huwa magħruf bħala l-fundatur ta’ Benny’s Antiques. Ħalla din id-dinja fl-età ta’ 82 sena. Ibnu Pierre Grech Pillow kiteb messaġġ f’ismu u f’isem oħtu biex isellem il-memorja tiegħu.
“B’niket kbir inħabbru l-mewt ta’ missierna l-għażiż, li llum ħalliena minn ġewwa Casa Antonia… Qalbna sewda, iżda aħna mimlija gratitudni għall-imħabba, il-memorji u l-għerf li tana. Kien ġentlom ta’ veru, raġel ta’ prinċipju u ta’ qalb tajba, li mess il-ħajjiet ta’ ħafna.”
Pierre jagħmilha ċara li l-valuri sbieħ li ħalla warajh missieru Benny, ser jibqgħu jgħixu magħhom għal dejjem. Aktar tard ħabbar ukoll li l-funeral ta’ missieru se jsir nhar is-Sibt, 21 ta’ Ġunju fit-08:30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan.
Strieħ fis-sliem Benny. Noffru kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb kollha.