"Kien Mument Tant Emozzjonali Għalija…" – Kantanta Maltija Tkanta Quddiem Aktar Minn 25,000 Ruħ L-Innu 'You'll Never Walk Alone'

Il-kantanta soprana Maltija Christine Dalli tat wirja spettakolari u emozzjonali lbieraħ filgħaxija fil-Jan Breydelstadion Stadium, qabel bdiet logħba ferm mistennija tal-UEFA Champions League. Christine tat interpretazzjoni emozzjonali ta’ You’ll Never Walk Alone

Irnexxielha ssaħħar udjenza ta’ 26,700 li kienu lesti biex isegwu l-partita, u li eventwalment kantaw magħha b’tant passjoni dan l-innu li jfisser ħafna għalihom. Christine esprimiet fuq il-midja soċjali s-sentiment sabiħ wara din l-esperjenza kif ukoll xerrdet ritratti ta’ dak il-mument emozzjonali. 

“Ftit ritratti li jfakkru mumenti mill-isbaħ!  Kien unur u pjaċir assolut li nkanta fil-Jan Breydelstadion Stadium eżatt qabel il-Logħba tal-UEFA Champions League bejn Club Brugge u Juventus. Kien mument tant emozzjonali għalija…”

Prosit Christine!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI