“Kien Ta’ Unur Għalija Li Nippreżenta Din Is-Serata Prestiġġjuża Bit-Tema…” Lara Azzopardi

Lara Azzopardi ttella’ dan il-messaġġ mill-pjattaforma tagħha fejn tgħid li kien ta’ unur għaliha li kellha l-irwol ta’ preżentatriċi fis-serata li kellha t-tema ta’ Breaking The Chains.

“Aktar kmieni din il-Ġimgħa, kien ta’ unur għalija li nippreżenta din is-serata prestiġġjuża bit-tema Breaking The Chains. Ċerimonja ta’ Rikonoxximent lil bosta Professjonisti u Tim ta’ nies li kollha b’għan wieħed jaħdmu sabiex joffru servizz b’saħħtu għall-komunità tagħna. U gradwazzjoni ta’ individwi li temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni fil-komunità Santa Marija, Ħal Farruġ. Grazzi Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali @fsws_malta u sedqa Malta kien ta’ Unur naħdem qrib tagħkom.

Infaħħar minn qalbi dan it-Tim ta’ Professjonisti Multi Dixxiplinarji u nawgura suċċess lill-Gradwati filwaqt li nittama li t-testimonjanza b’saħħitha tagħhom u stejjer reali u umani jiġbdu aktar individwi sabiex isibu sostenn, għajnuna u bidu ġdid f’dawn is-servizzi offruti minn Sedqa.” 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI