“Għall-grazzja tal-ħanin Alla wara l-maltemp jitfaċċa l-bnazzi,” qal Kurt Magri, wieħed mill-atturi ta’ Division 7. Hu qed jirreferi dwar l-esperjenza li ġarrab hu fil-familja tiegħu relatata mal-Covid-19.
“M’hemmx kliem adattat biex niddeskrivi dak li qiegħed inħoss bħalissa. Issa hu l-mument li nħallu tliet gimgħat taż-żibel warajna.”
“Nhar it-tlettax ta’ Frar kienet l-agħar gurnata ta’ hajti. Ngħid din u nieqaf hawn. Tkun taf x’inhi l-Covid meta tidhol f’darek u jien qas fuq l-akbar għadu ma’ nixtieqha, aħseb u ara fuq xi qarib.”
Kurt spiċċa l-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil kull min kien ta’ għajnuna u viċin tal-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Kuraġġ Kurt.
Facebook/Kurt Magri