“Kienu Jemmnu Li T-Trab Mitħun Mill-Blat Tal-Għar Kien Duwa Li Tfejqek Minn Gidma Velenuża Tas-Sriep” – Evarist Bartolo

F’Malta hawn diversi leġġendi u superstizzjonijiet, xi wħud aktar popolari mill-oħrajn. Iżda huwa interessanti ferm meta nsiru nafu b’dawk anqas popolari u bot-tifsiriet li kellhom żmien ilu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Evarist Bartolo qasam mas-segwaċi tiegħu ftit informazzjoni rigward dan.

Hu qal, “Kienu jemmnu fil-leġġenda li r-riħ kien iġib fiċ-Ċittadella, Għawdex, it-trab mirakoluż u mediċinali mill-Grotta ta’ San Pawl.”

Żied, “Meta Grigory Krayovsky żar Għawdex fl-1785 sab li skont il-leġġenda l-blat tal-għar fejn għex San Pawl fir-Rabat ta’ Malta wara li salva mill-għarqa kien sar mirakoluż. Kienu jemmnu li t-trab mitħun mill-blat tal-għar kien duwa li tfejqek minn gidma velenuża tas-sriep u minn mard ieħor.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI