“Kieron Zammit, Student Tas-7 Sena Tagħna, Ta Wirja Mill-Aqwa Mimlija Konċentrazzjoni U Teknika” – St Thomas More College Middle & Secondary School

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, St Thomas More College Middle & Secondary School, Zejtun qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar sabiħa hekk kif student minn tas-7 sena ta wirja mill-aqwa fil-kampjonat nazzjonali tal-Judo.

Huma qalu, “Is-Sibt li għadda, Kieron Zammit, student tas-7 Sena tagħna, ta wirja mill-aqwa mimlija konċentrazzjoni u teknika fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Judo f’Malta. Kieron ikkompeta fil-kategorija U13, -46kg u kien qiegħed jirrappreżenta l-klabb tiegħu Shirojidokwai, School of Judo, Fgura.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Il-ħiliet u d-determinazzjoni ta’ Kieron kienu straordinarji. L-impenn u t-taħriġ iebes tiegħu wassluh sal-midalja tad-deheb fil-kategorija tiegħu. Prosit tassew lil Kieron għal dan is-suċċess tiegħu!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI