Hekk kif Settembru ġie fi tmiemu, naraw x’temp se jkollna fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru.
Għada l-Ħadd it-temperatura se tkun ta’ 27 grad celsius u se jkun ftit imsaħħab. Nhar it-Tnejn it-temp se jkun eżatt l-istess.
It-Tlieta u l-Erbgħa it-temperatura se tkun ta’ 28 grad celsius u se jkun pjuttost xemxi b’xi mumenti msaħħab.
Il-Ħamis it-temperatura terġa’ tinżel 27 grad celsius u se l-maġġoranza se jkun xemxi.
Il-Ġimgħa t-temperatura tubqa’ l-istess iżda jidher li se jkun bnazzi l-jum kollu.