Il-kantanta lokali Eliza Borg hi l-ambaxxatriċi għal Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2025 bil-kanzunetta I Believe.
Dan wara li rebħet it-tieni staġun ta’ The Voice Kids Malta. Hekk kif is-serata finali tal-Junior Eurovision 2025 ser iseħħ fit-13 ta’ Diċembru li ġej, bdew il-provi.
Eliza għal Malta rċeviet kliem ta’ tifħir mhux biss għall-prestazzjoni vokalment, il-viżwali u d-dehra tal-palk kienu bellezza.
Araw aktar ritratti hawn taħt: