“Kollox Beda Fis-Sena 2003. Sarah Harrison Saret L-Ewwel Tifla Li Qatt Irrappreżentat Lil Malta Fil-Junior Eurovision” – Eurovision Song Malta

Il-Junior Eurovision Song Contest Malta qiegħed wara l-kantuniera, u għalhekk il-paġna Eurovision Song Malta ppubblikat tifkira dwar l-ewwel darba li Malta qatt ħadet sehem f’dan il-festin.

Kitbu, “Kollox beda fis-sena 2003. Sarah Harrison saret l-ewwel tifla li qatt irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision bil-kanzunetta ‘Like A Star’. Kif ngħoddu l-aħħar ftit jiem għall-Junior Eurovision 2026, inħarsu lura lejn l-artisti u l-kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta matul is-snin.”

Żiedu jgħidu li issa Sarah Harrison hi DJ, kantanta, u tipproduċi l-mużika wkoll. Hi kellha wkoll diversi opportunitajiet fejn kantat flimkien ma’ artisti internazzjonali.

Bil-kanzunetta ħelwa ‘Like A Star’ u bil-vuċi meraviljuża ta’ Sarah, Malta kienet spiċċat fis-seba’ post.

Ħerqanin għall-Junior Eurovision 2026? Tgħid min se jirrappreżentana din is-sena?

Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI