Il-Parroċċa Santa Katarina taż-Żejtun awgurat lis-Saċerdot Dun Jean-Claude Schembri permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Fuq il-paġna kitbulu, “Il-Parroċċa taż-Żejtun tgħaddi l-awguri tagħha lis-Saċerdot Żejtuni Dun Jean-Claude Schembri, wara li l-bieraħ inħatar Kanonku tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika tat-Twelid ta’ Marija tal-Belt Senglea. Din il-ħatra hija unur sabiħ għal Dun Jean-Claude u wkoll ta’ ferħ għall-komunità Żejtunija kollha. Nitolbu lil Alla biex ikompli jberku fil-ministeru tiegħu u jagħtih il-grazzja, il-għerf u l-qawwa biex ikompli jaqdi lill-Knisja u lill-poplu t’Alla b’għożża u dedikazzjoni.”
Nifirħulu mill-qalb għal dan il-kapitlu eċitanti u ġdid, li huwa tassew ta’ unur kbir. Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jiggwidah f’dan l-irwol.
Facebook / Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun