“Kull Donazzjoni, Kbira Jew Żgħira, Tgħinni Nkompli Nimxi ’L Quddiem U Tagħtini Aktar Opportunitajiet” – Kate: Writing My Story

Iċ-ċkejkna Kate kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament u apprezzament fuq il-paġna tagħha.

Kitbet, “Waqt li konna preżenti għat-tombla tal-Birgu Regatta Club biex ngħidilkom grazzi tad-donazzjoni sabiħa li kontu tajtuni, saret ġabra oħra spontanja u rċevejt somma oħra sabiħa biex inkun nista’ nkompli fil-vjaġġ tiegħi.”

Żiedet tgħid, “Grazzi mill-qalb lil kull min ikkontribwixxa u lil kull min dejjem baqa’ juri mħabba, sapport u ġenerożità miegħi. Kull donazzjoni, kbira jew żgħira, tgħinni nkompli nimxi ’l quddiem u tagħtini aktar opportunitajiet biex inkompli bit-terapiji u t-trattamenti tiegħi. Illum nixtieq b’mod speċjali nawgura lill-Clubs u lill-qaddiefa kollha fil-jum tar-Regatta, u b’mod partikolari lil dawk li dejjem sibna sapport kbir mingħandhom.”

Kompliet tispjega, “Nawguralkom minn qalbi ħafna suċċess, kuraġġ u Regatta sabiħa. Jalla l-isforz, id-dedikazzjoni u l-ħidma kollha tagħkom jiġu ppremjati. Grazzi talli dejjem iżżommuni f’qalbkom u talli tkomplu tkunu parti mill-vjaġġ tiegħi.”

Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI