Bis-sitwazzjoni preżenti, ħafna Maltin u barranin kultant qed isibuha bi tqilha biex jaqbu ajruplan u jsiefru lejn xi pajjiż jew ieħor. Imma jidher li din it-turista kellha esperjenza pożittiva f’pajjiżna. Hi tistqarr, “Kont nervuża nivjaġġa waħdi ma’ Amalia, u din kienet l-ewwel darba tagħna f’Malta, imma jien ferħana li għażilna li nivvjaġġaw hawn.”
Julia mill-Ġermanja tkompli żżid, “In-nies tal-lokal tassew laqgħuna u kienu ta’ għajnuna, u ħassejna li konna siguri matul il-btala tagħna f’Għawdex. Żgur li se nirritornaw biex nesploraw Malta u nduqu iktar affarijiet tajbin tal-gżira.” Kemm nieħu gost nisimgħu b’esperjenzi pożittivi u l-kumment sabiħ li f’pajjiżna jħossuhom siguri.
Dan hu prova ċara ta’ kemm Malta, anke ħdejn pajjiżi kbar Ewropej tinsab fuq quddiem.