Dan hu żmien mill-isbaħ għall-kantanta lokali Simone Gauci, hekk kif għadha kemm saret omm. Simone tikteb kif ħarġu mid-dar tnejn, iżda issa għandhom żieda ta' membru ieħor fil-familja.
"Ħriġna tnejn mid-dar u dħalna lura tlieta. Kapitlu 3: Kai. Inħobbuk bla qies," tikteb Simone. Qasmet anke ritratt mill-isbaħ ta' binhom, u bosta kienu li kkummentaw biex jifirħulhom u jawgurawlhom.
Awguri mill-qalb! Merħba Kai!