Fuq Facebook, il-psikologu Nicholas Briffa qasam storja importanti flimkien ma’ ritratt tan-nies involuti fiha.
Kiteb, “F’dan ir-ritratt jidher Eliud Kipchoge mal-persuna li jagħtih il-flixken tal-ilma fil-Maratona ta’ Berlin (sa mill-2017), Claus-Henning Schulke. Dan ir-ritratt ġie meħud wara li Kipchoge kiser ir-Rekord Dinji tal-Maratona fl-2018.”
Kompla, “Claus huwa Inġinier Ċivili professjonali bbażat f’Berlin u ilu jagħmel xogħol volontarju fil-Maratona ta’ Berlin mill-1997. Kipchoge kiteb taħt il-bavalor tiegħu li rregalah lil Claus, ‘Ir-rekord dinji li għadni kemm ksirt ma kienx ikun possibli mingħajrek’.”
Temm billi kiteb, “Tfakkira li kulħadd huwa importanti u kull sforz jgħodd. B’hekk l-ispirtu ta’ gratitudni huwa neċessarju.”