Kul Ġelat Kull Filgħodu Kif Tqum U Ssir Intelliġenti

Studju riċenti sab li jekk tiekol il-ġelat għal kolazzjon, ħa jgħinek issir aktar intelliġenti. Iva, il-ġelat. Ngħiduha kif inhi, b’din is-sħana naħseb ftit huma li ħa jiddejqu jibdew il-ġurnata b’xi ġelat frisk, li jinżillek għasel hekk kif tiftaħ għajnejk.

View this post on Instagram

A post shared by 🍦Ice Cream (@icecream) on Nov 25, 2018 at 7:14am PST

Milli jidher riċerkaturi fil-Ġappun sabu li dawk li kielu l-ġelati, l-ewwel xogħol fil-ġurnata irreaġixxew u proċessaw l-informazzjoni ħafna, ħafna aħjar minn dawk li ma ħadux ġelat. L-istudju maħruġ mill-Università ta’ Kyorin mill-professur Koga Yoshihiko jissuġerixxi li jtik boost mentali, u jnaqqas l-iritazzjoni fil-moħħ li jgħinek tkun inqas bil-buri.

View this post on Instagram

A post shared by 🍦Ice Cream (@icecream) on Feb 14, 2019 at 10:17am PST

Donnhom il-benefiċċji jibqgħu jiżdiedu. Ifhem, il-professur qal li kien hemm riżultat simili meta wieħed ħa tazza ilma kiesħa imma xorta l-ġelat qajjem aktar interess fil-moħħ. Mhux ovvja jew... ġelat jew tazza ilma l-itjeb! Filkas nieħduhom it-tnejn li huma hux! Tant l-aħjar, aktar intelliġenza.

The Double Eaterz

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI