Għal min forsi ma jafx, Joseph Borg, magħruf ħafna bħala ‘Gorg tad-doughnuts’, kien mar għal missjoni fl-Indja. Waqt li kien hemm, tifel jismu Karthik kien seraqlu qalbu. Illum inzerta li hu għeluq snin Karthik, li għadu kif għalaq 12-il sena.
“Illum huwa l-lucky birthday tiegħek imħabbti Karthik… inħobbok ħafna u nimmisjak. Narak daqt fl-Indja. Kuljum naħseb fik… ħu ħsieb … għad-dinja int persuna oħra imma għalija int id-dinja tiegħi… Inħobbok daqs li kieku kont ibni,” kiteb Joseph fuq il-midja soċjali.
Kemm hu sabiħ li jkollna esperjenzi bħal dawn f’ħajjitna u li nitgħallmu billi mmorru ngħinu lil ħaddieħor f’pajjiżi inqas ixxurtjati minna. Awguri Karthik!
Facebook/Joseph Borg