Is-sidien tar-bars liċenzjati se jieħdu ftit tar-ruħ hekk kif ġie mħabbar mill-Ministru Clayton Bartolo li “Kull bar kummerċjali li huwa liċenzjat mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser jibbenefika mis-somma ta’ €𝟮,𝟴𝟳𝟬.𝟬𝟬.”
Apparti minn dan, Barijiet li jiffurmaw parti minn għaqda jew każin ser jibbenefikaw mis-somma ta’ €𝟭,𝟴𝟲𝟬.𝟬𝟬. Dan wara li d-data biex jerġgħu jinfetħu l-bars u l-clabs qed tibqa’ tiġi posposta hekk kif in-numru ta’ każijiet qed jiżdiedu.
L-operaturi huma mitluba li jimlew l-applikazzjoni billi jagħfsu HAWNHEKK.
Għal aktar tagħrif dwar l-iskema l-applikant jista’ jibgħat fuq bcscheme@visitmalta.com jew jagħmel appuntament ma’ ħaddiem mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq 22915000.
Facebook/Żmerċ Pub