Id-DJ żgħażugħ u promettenti Malti Sheron Grixti illum qed jiċċelebra għeluq sninu hekk kif għalaq 15-il sena. Biex jimmarka dan il-jum speċjali u sinifikanti, Sheron qasam messaġġ emozzjonali u ferm matur mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali, fejn saħaq dwar l-importanza tal-gratitudni, il-lezzjonijiet tal-ħajja u r-rispett lejn dawk kollha ta’ madwaru.
F'messaġġ impattanti minn qalbu, il-mużiċist żgħażugħ wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ġenituri u s-sagrifiċċji kbar tagħhom, filwaqt li rringrazzja lil ħuħ u lil kull min wera mħabba u appoġġ lejh matul il-vjaġġ tiegħu. Sheron esprima biċ-ċar li f'dan il-kapitlu ġdid f'ħajtu qed jagħżel il-pożittività, l-imħabba u r-rispett f'kull pass li jagħmel fix-xena.
Minkejja l-età żgħira tiegħu, Sheron diġà wera talent kbir fix-xena mużikali lokali. Bil-ħolm u l-għanijiet ġodda li għandu f'moħħu, huwa konvint li dan huwa biss il-bidu ta’ vjaġġ mill-isbaħ li għad joffri ħafna aktar suċċessi.
Awguri Sheron!
Facebook/Sheron