Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Strummin sellmu l-memorja tal-mużiċista Daniela li ħalliet din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “qalbna maqsuma bit-telda ta’ waħda mill-membri tagħna, Daniela. Daniela tat kontribut kbir lil Strummin', mhux biss permezz tad-daqq tagħha, iżda wkoll permezz tar-rieda tagħha li dejjem tgħin kull meta kien hemm bżonn. Nibqgħu grati għad-dedikazzjoni tagħha, għall-qalb tajba tagħha u għal dik it-tbissima sabiħa li se tkun nieqsa minn fostna. Strieħ fis-sliem, Daniela.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.
Lino Briffa