“Kienet Sfida, Imma Mimlija Sorpriżi Sbieħ. Iżda F’dan Il-Ġenn Kollu, Rajt Il-Mulej Jaħdem” – Fr. Rob Galea

Fuq il-paġna tiegħu, Fr Rob Galea kiteb kelmtejn dwar dawn l-aħħar ftit ġimgħat, fosthom il-kunċert tiegħu f’Għawdex.

Kiteb, “Dawn l-aħħar ftit ġimgħat kienu ġenn ta’ emozzjonijiet. Bdejt billi tkellimt f’konferenza f’Bangkok, għal kunċert li ma jintesiex f’Għawdex, Malta, nasal lura d-dar  għall-istallazzjoni tal-Isqof il-ġdid, nitkellem fl-iskejjel, u anke nara s-sagristija tal-knisja tagħna tinħaraq. Kienet sfida, imma mimlija sorpriżi sbieħ. Iżda f’dan il-ġenn kollu, rajt il-Mulej jaħdem.”

Qal ukoll, “Ilbieraħ filgħaxija qattajt naqra ħin mal-istudenti tal-ħdax-il sena, u onestament inħoss li qed nara lil Alla jimxi b’modi li qatt ma rajt qabel. L-istudenti jridu jagħtu ħajjithom lil Alla, għandhom il-ġuħ għal xi ħaġa profonda.”

Ritratti:

Facebook / Fr. Rob Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI