Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares awguraw liċ-ċkejkna Ivy Rose hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Huma qalu, “Awguri lil Ivy Rose li llum qed tiċċelebra sentejn minn jum twelidha. Anke minn eta daqshekk żgħira urejtna kemm int kuraġġuża. Akkost ta’ kollox int bqajt ferrieħa u pożittiva. Inħobbuk ħafna, pupa, u l-akbar xewqa tagħna huwa li jkollok ħajja mimlija saħħa, ferħ, u ħafna għalfejn titbissem. Awguri għażiża Ivy Rose.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha f’dan il-jum!