“Kull Familja Għandha L-Istorja Tagħha… U Llum Il-Familja Tagħna Kitbet Kapitlu Ġdid U Sabiħ” – Fondazzjoni Nazareth

Fondazzjoni Nazareth introduċiet membru ġdid, il-kelb Bobby. Bobby ġie addottat bil-għan li jferraħ lir-residenti ta’ Dar San Franġisk.

Kitbu, “Kull familja għandha l-istorja tagħha... u llum il-familja tagħna kitbet kapitlu ġdid u sabiħ. Fondazzjoni Nazareth, nemmnu li kull ħlejqa jistħoqqilha tħossha maħbuba, sigura u trattata b'dinjità. Din il-filosofija ma tapplikax biss għar-residenti tagħna, iżda wkoll għall-ħbieb tagħna l-annimali.”

Żiedu jgħidu, “Huwa għalhekk li llum, bi pjaċir kbir, nippreżentaw lil Bobby, l-aktar membru ġdid tal-familja tagħna u r-resident il-ġdid ta' Dar San Franġisk. Adottajna lil Bobby biex nagħtuh dak li kull ħlejqa ħajja jistħoqqilha: imħabba, kura u dinjità. Iżda mill-ewwel mument li daħal fid-dar tagħna, Bobby tana ħafna aktar milli stennejna.”

Komplew jispjegaw, “Bis-sempliċi preżenza tiegħu, diġà rebaħ il-qlub tar-residenti tagħna. Qed iġib tbissim, ferħ u kumpanija li tagħmel differenza fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Kemm it-tferfir ta' denbu, b'ħarsa mimlija mħabba, jew sempliċement billi joqgħod kwiet ħdejn xi ħadd, Bobby jfakkarna li l-isbaħ forma ta' mħabba ħafna drabi ma teħtieġ l-ebda kelma.”

Nagħtu merħba lil Bobby!

Ritratti:

Facebook / Fondazzjoni Nazareth

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI