Il-preżentatur u personalità magħrufa fuq ir-radju Charmaine illum qed tiċċelebra għeluq sninha, u f’din l-okkażjoni speċjali, Alex Grech qasam messaġġ mimli mħabba u kliem ħelu magħha fuq il-midja soċjali.
Fil-messaġġ tiegħu, Alex iddeskriva lil Charmaine bħala persuna li “kull fejn tkun ferħ u tbissim”, filwaqt li semma kemm hija maħbuba minn dawk ta’ madwarha. Huwa faħħar ukoll it-talent tagħha fil-kitba tal-poeżiji, hekk kif Charmaine hija magħrufa mal-followers tagħha għall-versi u r-rimi li ta’ spiss taqsam fuq il-paġni tagħha.
“Poetessa tħobb ir-rima… ibqa’ int kif int sabiħa kemm minn barra u minn ġewwa,” kiteb Alex, f’messaġġ li mess il-qlub ta’ ħafna li segwew il-post.
Hu temm il-messaġġ billi awguralha “Happy Birthday” f’ismu, kif ukoll f’isem il-ħbieb u l-familji tagħhom, waqt li sejħilha “CharmyTime mimlija ħlewwa”.
Charmaine ilha snin magħrufa fix-xena tar-radju lokali, fejn kisbet popolarità grazzi għall-personalità ferriħija tagħha u l-mod naturali kif tikkonnettja man-nies. Barra mix-xandir, hija wkoll tapprezza ħafna l-kitba kreattiva u l-poeżiji, li ħafna drabi jkunu riflessjoni tal-emozzjonijiet u l-esperjenzi tagħha.
Awguri lil Charmaine f’għeluq sninha!
Facebook / Alex Grech