“Kull Filgħodu Ftakar F’Dawn Il-Ħlejjaq Ukoll Billi Tħallilhom Ftit Ilma Kiesaħ Biex Jixorbu” – It-Temp Madwarna

Fuq il-paġna uffiċjali It-Temp Madwarna, ingħatat idea sempliċi ta’ kif tista’ tgħin il-ħlejjaq ta’ madwarek dan is-sajf minħabba s-sħana u n-nixfa li jkun hawn.

Huma kitbu, “Kull filgħodu ftakar f’dawn il-ħlejjaq ukoll billi tħallilhom ftit ilma kiesaħ biex jixorbu, f’kontenitur għad-dell. Ma ninsewx ukoll li l-pjanti u s-siġar ukoll jinxfu malajr ħafna f’jiem sħan, u l-aħjar ħin biex issaqqi huwa kmieni filgħodu.”

Dan is-sajf meta nkunu qed ingergru bis-sħana, nistgħu wkoll niftakru li l-ħlejjaq iħossu s-sħana daqsna, jekk mhux iktar, u għalhekk ġest sempliċi bħal li nħallu kontenitur ilma fid-dell jista’ anke jsalvalhom ħajjithom.





Facebook / It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI