Il-Ministru Justyne Caruana wara l-mumenti diffiċli li sabu ruħhom fihom hi u l-familja tagħha, xtaqet turi l-apprezzament lejn kull min wera sentiment lejhom u għadda kliem ta’ kuraġġ.
“Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li kienu maghna u hasbu fil-familja tiegħi f’dan iż-żmien diffiċli. Kull kelma ta’ kuraġġ ittaffi l-qalb muġugħa bil-firda.” Il-Ministru ssemmi anke l-fatt li minkejja l-firda, il-valuri u l-eżempji tajba li dejjem għadda lil ta’ madwaru, u lilha stess missierha, ma jispiċċaw qatt.
Noffru l-kondoljanzi mill-ġdid lil Justyne u lill-familjari kollha. Kuraġġ!