L-attriċi u preżentatriċi Marica Cassar iċċelebrat għeluq sninha ftit jiem ilu u waqt li xerrdet ritratti taċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-ġurnata speċjali, kitbet kelmtejn mill-qalb biex tesprimi kemm tapprezza l-ħajja.
“Iż-żmien itir u hemm bżonn li niċċelebraw ħajjitna… Kull minuta hija prezzjuża u jiena grata għal kull nifs li nieħu,” tikteb Marica. Hekk hu fil-fatt, kemm hu sabiħ li nkunu nafu napprezzaw kull mument minn ħajjitna, bit-tajjeb u l-ħażin kollu.
Awguri mill-ġdid għażiża Marica!