Kollaborazzjoni ta’ żewġ artisti kbar Henry Galea u Lorella Castillo twassal għal ritratt fenominali bit-tema tal-Karnival.
Henry Galea jħalli dan il-messaġġ,
“Il-Karnival għalija mhux biss festa, hu parti minni. Waħda mill-ewwel memorji tiegħi hi nara lil ommi tiżfen fil-Karnival u niftakar kemm xtaqt inkun hemm fil-pjazza. U eventwalment kont. Żfint għal snin twal, kienet parti kbira minn ħajti. Imbagħad il-ħajja bdiet tinbidel, is-social media u x-xogħol kibru u ddeċidejt nieqaf nieħu sehem biex niffoka fuq il-karriera tiegħi… Imma kull sena meta jasal il-Karnival, saqajja jibdew iħossu dik l-enerġija… u nibqa’ nixtieq nidħol fin-nofs tal-pjazza u niżfen bħalma kont nagħmel qabel.
Il-Karnival tani wħud mill-isbaħ memorji tat-tfulija tiegħi u hu importanti ħafna għall-kultura Maltija. Din is-sena ridt nagħmillu ġustizzja. Ridt kostum li jħossu lussu, rjali u nobbli… xi ħaġa li tirrispetta t-tradizzjoni u fl-istess ħin turi kemm kburi li trabbejt fih. Grazzi kbira lil Lorella Castillo li spontanjament offriet tiġi d-dar tiegħi u tieħu dawn ir-ritratti bl-iPhone tiegħi… u grazzi lil Visit Malta talli jkomplu jippromwovu dak li jagħmel lil pajjiżna daqshekk speċjali. Il-Karnival dejjem se jibqa’ fija.”
Prosit kbira tat-talent tant kbir ta’ dawn iż-żewġ artisti uniċi li jagħmluna kburin li Maltin.
Ritratt: Lorella Castillo