Kien proprju bħal-lum 22 sena meta Julie u Ludwig rebħu l-Malta song For Europe bil-kanzunetta On Again… Off Again. Hawn beda l-vjaġġ tagħhom għal-Eurovision Song Contest 2004 li kien sar ġewwa Istanbul fit-Turkija wara r-rebħa ta’ Sertab Erener. Dik is-sena Malta kienet ġiet fit-12-il post wara li kwalifikat mis-semifinali fis-sena li proprju ġiet introdotta.
Fit-tieni post tal-Malta Song for Europe tal-2004 kienet ġiet Oliva Lewis permezz tal-kanzunetta Take a Look filwaqt li fit-tielet post kien ġie Fabrizio Faniello bil-kanzunetta Did I Ever Tell You.
Hawn min għadu jiftakar dawn il-kanzunetti mill-isbaħ?
Youtube/Eurovision Song Contest