Smajnieha ħafna drabi li bejn wieħed u ieħor kull sena ta’ kelb tiswa daqs seba’ snin ta’ bniedem iżda jidher li dan mhux minnu. Minn studju li għamlu diversi xjentisti fuq kif jikbru l-klieb huma sabu li hemm differenza minn dak li hu magħruf ma’ kulħadd.
Studju tal-bidliet fid-DNA fil-labradors jissuġġerixxi li l-ġriewi jixjieħu ferm aktar malajr minn klieb anzjani. Is-sejbiet jissuġġerixxu li ġeru ta’ sena huwa attwalment madwar 30 sena meta jiġu għal snin umani.

Is-sejbiet jissuġġerixxu li kelb ta’ sena jkollu età umana ta’ madwar 30, filwaqt li sal-età ta’ erbgħa snin jkollu madwar 54 fi snin umani, u meta l-klieb jagħlqu l-14-il sena jkunu waslu għan-nofs is-sebgħinjiet.
L-istudju sar fuq labradors, issa t-tim jgħid li x-xogħol issa jeħtieġ li jkun ripetut f’razez oħra ta’ klieb. Iżda, jgħidu, għal klieb żgħar u kbar, ir-relazzjoni tal-età tidher li tirrifletti ż-żminijiet li fihom il-bnedmin u l-klieb jesperjenzaw punti importanti.

Huma jġibu l-eżempju tas-snin fejn, ta’ seba’ ġimgħat l-ġriewi jaqsmu snin u dawn iseħħu madwar disa’ xhur fil-bnedmin.