L-għannej żgħir ta’ Malta’s Got Talent kiteb fuq il-paġna tiegħu wara l-avveniment tal-Ħadd li għadda. Il-Ħadd Lydon u missieru Jomike kien imisshom biex jieħdu sehem fis-semi-finali ta’ Malta’s Got Talent. Għamlu wirja eċċezzjonali, b’makjetta fuq il-pandemija. Ġara iżda li Lydon nesa’ xi ftit linji.
“Kultant nagħmel waħda minn tiegħi. Inħobbkom ħafna” qal Lydon fuq il-paġna tiegħu.
Kien hemm ħafna kummenti mill-ammiraturi ta’ Lydon. Min qalu, “Sraqtli qalbi”, xi ħadd ieħor qallu, “min ma jagħmilx?”, kien hemm ħafna li għamlulu kuraġġ billi qalulu “Ma ġara xejn sabiħ. Keep it up!”. Jidher li t-tbissima ta’ dan it-tifel wisq ikonika u kien hemm ħafna li kkumentawlu dwarha.
Malta’s Got Talent ikompli l-Ħadd li ġej għall-aħħar Semi-Finali!