Kummenti Pożittivi Dwar ‘Serving’ Mingħand L-Artisti Li Se Jieħdu Sehem Fil-Eurovision Song Contest 2025

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm ħareġ il-filmat mużikali ta’ ‘Serving’, il-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2025. Dan il-filmat intlaqa’ b’mod pożittiv u filfatt bosta artisti oħra minn pajjiżi differenti li se jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest ħallew kummenti pożittivi.

Fosthom insibu lil Red Sebastian mill-Belġju, JJ mill-Awstrija u Kyle Alessandro minn Norveġja. Dawn il-kummenti pożittivi juru l-appoġġ li dawn l-artisti kollha juru lil xulxin minkejja li jridu jikkompetu kontra xulxin. Il-kanzunetta oriġinali ma kinitx ġiet aċċettata mill-EBU iżda xorta waħda Miriana Conte rċeviet ħafna appoġġ.

Il-filmat mużikali sejjer tajjeb ħafna għalkemm ħareġ biss ftit sigħat ilu. Verament intogħġob! Tgħid għandna ċans nirbħu din is-sena?





Facebook / Miriana Conte u Eurovision Fans Malta #EFM



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI