“Kuntent Ħafna Li Issa Wieħed Jista’ Jibda Jagħmel Użu …U Jsaqsi Domandi Teologali Bil-Malti…” – Il-Qassis Jean Gove

Il-Qassis Jean Gove jħabbar dan il-messaġġ dwar għodda teknoloġika fejn wieħed jista’ jsaqsi domandi ta’ teoloġija bil-Malti.

 “Magisterium AI issa disponibbli bil-Malti! Kuntent ħafna li issa wieħed jista’ jibda jagħmel użu minn din l-għodda u jsaqsi domandi teologali bil-Malti.

Din l-għodda kapaċi tfittex madwar 30,000 dokument – minn enċikliċi u diskorsi tal-Papiet, sa kitbiet tas-Santi Padri – u dan in-numru qed jiżdied kuljum. M’hijiex għodda perfetta, u bħal kull għodda ta’ din in-natura ġieli tieħu żbalji. Madanakollu, tibqa fl-opinjoni tiegħi, għodda siewja għar-riċerka teologali u t-taħriġ reliġjuż. Eżempju ċar ta’ kif il-Knisja qiegħda tipprova tibqa tkun innovattiva fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, filwaqt li tkompli t-tradizzjoni tagħha li tippreserva l-ilsien Malti…”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI